Announcements 2021
Navigate Up
Sign In

Announcements 2021


IMPORTANT HEALTH NEWS



Inawgurat Ċentru ta’ eċċellenza ta’ podjatrija ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara  - 21 ta' April 2021

Dan iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza joffri servizzi ewlenin tal-podjatrija lir-residenti kollha taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara u servizzi oħra speċjalizzati lir-residenti Maltin kollha. 

Servizzi speċjalizzati jinkludu:


_________________________________________________________________________________________________________________________

Inawgurata berġa tas-saħħa fil-Gudja - 2 ta' Marzu 2021​

Giet inawgurata berġa tas-saħħa fil-Gudja.  Din il-berġa se tkun miftuħa kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u se toffri servizzi differenti kuljum lir-residenti tal-Gudja u taż-żoni tal-madwar.  Fost is-servizzi li se jkunu offruti f’din il-berġa hemm il-klinika tat-tabib tal-familja, il-klinika tal-infermiera, dak tal-fiżjoterapija, tal-podjatrija u t-teħid tad-demm.


________________________________________________________________________________________________________________________

Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran - (Press Release) - 21 ta' Jannar 2021

Ix-xogħlijiet f'dan iċ-Ċentru tas-Saħħa avvanzaw ferm hekk kif bħalissa għaddejja l-aħħar fażi ta’ skavar, fejn sa issa 80% huwa lest. Dan l-iskavar ma affettwax shelters li nstabu fuq is-sit; hekk kif ġew emendati d-disinji tal-binja b’mod sostanzjali biex jiġi preservat dan il-wirt. Ġew finalizzati l-pedamenti tal-binja filwaqt li kważi tlesta proċess intensiv biex jiġi infurzat il-ħajt ta’ Schreiber li kien neċessarju biex jiġi assigurat li l-binja tinbena skont kif meħtieġ fl-istandards tal-bini ta’ sptarijiet. Hu stmat li dan iċ-ċentru jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku f’April tal-2022.​
 
​​​