Għall-ewwel tlett ġimgħat, jiġifieri mit-Tnejn 25
ta' Ottubru 2021 sal-Ħadd 14 ta' Novembru 2021, se jingħataw prijorità persuni ta' 'l fuq
minn 55 sena, tfal li għandhom bejn 6 xhur u 11 il-sena (iz-żewġ etajiet
inklużi) u persuni li huma ċċertifikati li jbatu minn mard
kroniku.
Huwa importanti li kull min imur jieħu l-vaċċin
kontra l-influenza jieħu miegħu l-karta t'identifikazzjoni, u fil-każ tal-persuni
li jbatu b'mard kroniku, trid tkun ppreżentata l-kartuna s-safra jew ċertifikat
tat-tabib li turi l-kundizzjoni medika tal-persuna.
Mit-Tnejn 15 ta' Novembru 2021 l-vaċċin jibda jingħata
lill-pubbliku inġenerali.
L-adulti ser jkunu jistgħu jirċievu l-vaċċin mit-Tnejn sal-Ġimgħa, miċ-ċentri tas-saħħa kollha, bejn 10am u 7pm.
It-tfal ta' bejn 6 xhur u 11 il-sena jistgħu jkomplu jirċievu
l-vaċċin miċ-ċentri tas-saħħa kif jidher
hawn taħt:
Floriana / Mosta/ Paola/Kercem – mit-Tnejn
sal-Ġimgħa mit- 8am sa
1pm
B’Kara – It-Tnejn/Il-Ħamis - mit-
8am sa 1pm
Rabat – It-Tnejn mit- 8am sa 1pm u Il-Ħamis ġimgħa iva u ġimgħa le mit- 8am
sa 1pm
Kirkop – It-Tlieta/Il-Ġimgħa mit- 8am sa 1pm
Cospicua – It-Tlieta /Il-Ħamis mit- 8am sa
1pm
Qormi – It-Tlieta /L-Erbgħa /Il-Ġimgħa mit- 8am sa 1pm
Is-servizz
tat-tilqima kontra l-influenza għat-tfal ser ikompli wkoll fi tmiem il-ġimgħa miċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Floriana, Paola u
Kercem, Għawdex, kif jidher hawn taħt
Is-Sibt 20 ta’ Novembru u L-Ħadd 21 ta’
Novembru – mit- 8am sas- 7pm
Is-Sibt 27 ta’ Novembru u L-Ħadd 28 ta’
Novembru – mit- 8am sas- 7pm