Cross-border eHealth Services
Navigate Up
Sign In

Cross-border eHealth Services

Jekk isseħħ emerġenza medika waqt li wieħed ikun imsiefer, it-tobba jistgħu jagħtu kura aħjar jekk ikollhom aċċess għar-records passati dwar saħħet il-pazjent.  Minħabba f'hekk, pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja qegħdin joħolqu servizzi tal-saħħa elettronika transfruntiera ('crossborder eHealth') li jistgħu jittrasmettu b'mod sigur data personali dwar is-saħħa lill-pajjiż fejn il-pazjent ikun qed jiġi kkurat.

Is-servizzi ta' Malta bdew jaħdmu f'Diċembru 2019.  ​Malta qed tipprovdi żewġ servizzi tal-cross-border eHealth:

Jintbagħtu Sommarji tal-Pazjenti lil pajjiżi oħra tal-UE

Meta ċittadini jew residenti Maltin isiefru f'pajjiżi oħra tal-UE u jkollhom bżonn trattament mediku ta' emerġenza, it-tobba jkunu jistgħu iġibu sommarji tal-pazjenti minn Malta.


Jinġabu Sommarji tal-Pazjenti minn pajjiżi oħra tal-UE

Meta ċittadini barranin ikollhom bżonn trattament fid-Dipartment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei f'Malta, tobba hemmhekk ikunu jistgħu iġibu sommarji tal-pazjenti minn pajjiżi oħra tal-UE.

Jien, bħala ċittadin jew resident Malti, x'irid nagħmel biex inkun nista' nuża dan is-servizz?

Biex id-data dwar saħħtek tkun disponibbli barra minn Malta, l-ewwel trid tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek.  Biex tagħmel dan:

2. Illoggja bin-numru tal-ID ul-password tal-e-ID
3. Mur fi Profile and Settings
4. Ikklikkja fuq Crossborder Consent
5. Aqra l-Patient Information Notice (disponibbli hawn ukoll, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti)
6. Issettja l-kunsens u agħmel Save.

Jekk isseħħ emerġenza medika waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE, informa lit-tabib li qiegħed jikkurak li inti tajt il-kunsens għas-servizzi tal-cross-border eHealth.  Ikollok bżonn tidentifika ruħek ċarament, permezz tal-passport, karta tal-identità nazzjonali jew liċenzja tas-sewqan.​

Jekk jien ċittadin jew residenti Malti imma ma nistax naċċessa il-myHealth jew l-età tiegħi hi inqas minn 14-il sena, kif nista' nuża dan is-servizz?

Biex jingħata l-kunsens neċessarju, tista' tintuża din il-formola​​.  Min jiffirma l-formola jrid jibgħat kopja tal-karta tal-identità mal-formola.

F'liema pajjiżi huwa disponibbli is-servizz tal-cross-border eHealth ta' Malta?

Is-servizz biex jinġab Sommarju tal-Pazjent bħalissa huwa disponibbli għal ċittadini jew residenti Maltin li jivvjaġġaw fil-Lussemburgu, il-Portugall u l-Kroazja.  Is-servizz se jibda dalwaqt fir-Repubblika Ċeka ukoll.

Is-servizzi ta' cross-border eHealth qegħdin jitnedew ftit ftit fil-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.  Malta se toffri ukoll is-servizz li jinġab is-Sommarju tal-Pazjent ta' ċittadini tal-UE li jżuru Malta minn pajjiżi oħra li jistgħu jibagħtu sommarji tal-pazjenti. Bħalissa dan is-servizz jista' jingħata lil ċittadini tal-Portugall li jżuru Malta.

X'inhu eżattament Sommarju tal-Pazjent?

Is-Sommarju tal-Pazjent fih dettalji mediċi importanti, bħal allerġiji, mediċini, problemi ta' saħħa u operazzjonijiet.  Dawn jittieħdu elettronikament mir-records tas-saħħa.  It-tagħrif jiġi kodifikat u maqlub f'lingwa li t-tabib fil-pajjiż barrani jkun jista' jifimha.​

Għandek mistoqsijiet li t-tweġiba għalihom ma ngħatatx hawn?

Jekk jogħġbok ikteb lil crossborder.ehealth@gov.mt.

eHDSI_LOGO-EN_2.jpg